Research Projects in
State Schools 2004

     
 
 
L-influwenza tal-Klassi Socjali fuq l-aspirazzjonijiet ghall-Karriera ta' Studenti Ghawdxin
ABSTRACT of Thesis by
Mintoff Jason

L-ghan ta’ din ir-ricerka empirika li ser tigi ttrattata f’dan il-long essay hu li jintefa dawl fuq l-influwenzi tal-klassi socjali fuq l-aspirazzjonijiet ghall-karriera ta’ l-istudenti Ghawdxin tar-raba’ sena fl-iskejjel Sekondarji. Ghal din ir-raguni l-ipotezi ta’ dan l-istudju hija li l-klassi socjali tinfluwenza l-aspirazzjoni ghall-karriera ta’ l-istudenti Ghawdxin.

Il-kampjun rapprezentattiv li fuqu ser tigi bbazata r-ricerka huwa ta’ 200 student. Dan il-kampjun jikkonsisti f’42.6% tas-Sampling Frame. L-istudenti li hadu sehem fl-istharrig gew maghzula permezz ta’ Systematic Sample. L-informazzjoni minghand l-istudenti ngabret permezz ta’ Structured Questionnaire.

It-tip ta’ skola (Junior Lyceum jew Sekondarja), l-istatus socjo-ekonomiku u l-livell ta’ edukazzjoni tal-genituri ta’ l-istudenti huma tliet dimensjonijiet li bihom gew analizzati r-risposti li taw l-istudenti. Mill-istharrig hareg car li tezisti korrelazzjoni bejn dawn it-tliet dimensjonijiet u l-mod li bih wiegbu l-istudenti.

 


Previous Page Print this Page*Page Top*