|
|
| Il-Preferenzi
tal-Qari ta’ Studenti fit-Tielet Sena Sekondarja |
 |
ABSTRACT of Thesis by
Mifsud Domenica
Ir-ricerka tal-preferenzi tal-qari ta’ gruppi
differenti sabet xorti kbira fost ir-ricerkaturi
lejn l-ahhar nofs tas-seklu 20. F’Malta
din il-mewga ta’ ricerka nhasset l-aktar
lejn l-ahhar hames snin tas-seklu 20. Imnebbha
minn dawn l-istudji u mill-interess tieghi ghall-qari
ta’ l-adoloxxenti, stharrigt fid-dettall
l-attitudnijiet u l-imgiba lejn il-qari ta’ l-istudenti
bniet u subien li jinsabu fit-tielet sena ta’ l-iskola
sekondarja.
Bis-sahha tal-kwestjonarju li tqassam lil 388
student u studenta, bnejt profil dettaljat tal-preferenzi
tal-qari ta’ dawn l-istudenti u stharrigt
it-twegibiet skond kategoriji differenti bhal
ma’ huma: il-gens, il-qari d-dar u l-qari
l-iskola, il-qari ghal gost u l-qari ghall-istudju,
qari volontarju u qari involontarju, fost ohrajn.
Sibt li d-differenzi ewlenin huma marbuta l-aktar
ma’ erbgha aspetti: il-gens, it-tip ta’ skola
li jattendu fiha, il-klassi socjali u l-litterizmu
fil-familja. Ir-rizultati miksuba ghandhom jghinu
fit-tehid ta’ decizjonijiet mill-ghalliema,
kif ukoll mil-librara u l-genituri li jixtiequ
jkattru l-imhabba lejn il-qari f’din l-eta`
krucjali ta’ l-izvilupp ta’ dawn
iz-zghazagh.
B.Ed.(bl-Unuri)
Keywords:
|
|
|
|
    |
|
|