Messagg
mill-Onor. Ministru ta' l-Edukazzjoni,
Kultura, Żgħażagħ u
Sport
L-Onor Dolores Cristina
Għeżież Tfal
Nilqagħkom għal Skolasajf ta' din is-sena.
Nittama li nsib ħin biex matul is-sajf
niġi nżurkom fiċ-ċentri fejn tkunu.
Nixtieq li matul Skolasajf, flimkien
ma' l-għalliema u l-istudenti li se jkunu
magħkom, titgħallmu ssiru tħobbu aktar
l-affarijiet li huma tagħna l-Maltin.
Kif nitkellmu, kif nilagħbu, kif nieklu,
kif nilbsu u affarijiet oħra li flimkien
huma parti mill-kultura tagħna. U titgħallmu
wkoll li kull pajjiż għandu l-kultura
tiegħu li tista' tkun tixbaħ dik ta'
pajjiż ieħor u tista' tkun differenti
ħafna minn tagħna.
Din is-sena hi sena li matulha qed infakkru
li fl-Ewropa, li Malta hi parti minnha,
hawn ħafna kulturi differenti. U
allura se jkollkom iċ-ċans taraw kif
tfal f'pajjiżi
oħra, jgħixu b'mod differenti
minna, għandhom drawwiet li mhux
bħal tagħna,
għandhom mużika u żfin li huma differenti
minn tagħna.
Skolasajf ma nagħmluhiex biex il-ġenituri
tagħkom joqogħdu bi kwiethom id-dar.
Nagħmluha biex nagħtukom opportunita
tiltaqgħu ma' ħbieb ta' l-eta tagħkom,
titgħallmu magħhom, tilagħbu magħhom,
taqsmu l-affarijiet magħhom u ssiru tafu
dwar tfal oħra f'pajjiżi oħra.
Narakom hemm
Dolores Cristina
Ministru ta' l-Edukazzjoni,
Zgħazagħ, Kultura u Sport
Ghall-attenzjoni
tieghek
Jiġu aċċettati
tfal skond il-postijiet fl-iskejjel/centri
fuq bazi ta' min japplika l-ewwel.
L-applikazzjonijiet jibqgħu jintlaqgħu
sa nħar il-Ġimgħa,
6 ta' Ġunju, 2008.
Skolasajf
2008 se tibda nhar it-Tnejn, 14 ta'
Lulju u tibqa' sejra sa nhar il-Ġimgħa 15
ta' Settembru - kuljum bejn id-9:00
a.m. u 12:00 p.m.
Isir ħlas
ta' €11.50 għal kull
tifel/tifla mar-Reġistrazzjoni.
Spejjez konnessi ma' ħruġ mhumiex
inkluzi.