Main Page
Student Services
International Relations  
Special Educational Needs  
 
 
Skolasajf 2009

 

Skolasajf toffri tagħlim permezz ta'

Programmi Soċjo-Edukattivi

- Arti u Krafts
- Kant, Mużika, Żfin u Drama
- Ħarsien ta' Saħħitna
- Kompjuter
- Ħarsien tal-Ambjent
- Ħarsien tal-Annimali
- Ħarsien tal-Wirt Kulturali
- Prevenzjoni kontra l-Abbużi
- Apprezza t-Turiżmu
- Ħajja inklużiva

Programmi Sportivi-Edukattivi

- Festivals Sportivi

Ħarġiet Kulturali w Edukattivi

- Storja
- Kultura

Messagg mill-Onor. Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport
L-Onor Dolores Cristina

ESPERJENZA POŻITTIVA

Reġgħet waslet Skolasajf u nittama li din is-sena se tkun suċċess bħalma kienet fis-snin l-imgħoddija u tagħti lit-tfal tagħna iċ-ċans li jitgħallmu, jilgħabu u jieħdu gost flimkien, l bogħod mill-periklu u fil-ħarsien tal-għalliema u studenti dedikati li jieħdu sehem f'din l-esperjenza.

Is-sena li għaddiet irnexxieli nżur xi ftit ċentri ta' Skolasajf u minn dak li rajt stajt ninduna kemm it-tfal tagħna jieħdu gost b'din l-inizjattiva u kemm il-ġenituri jkunu jixtiequ jiktbu lil uliedhom għal din l-inizjattiva. Dan jagħmluh bi skop ġenwin. Mhux biex jeħilsu minn uliedhom anke fix-xhur tas-Sajf iżda għaliex jaraw li uliedhom se jiggwadanjaw mhux ftit minn din l-esperjenza.

Skolasajf toffri opportunita fejn it-tfal tagħna jagħmlu programm socjo-edukattiv li fih ikollhom ċans ipinġu u jagħmlu xi affarijiet żgħar, ikantaw, jiżfnu u jagħmlu drama adattata għalihom, jitgħalmu jużaw il-komputer, kif iħarsu saħħithom, kif iħarsu l-ambjent u jħobbu lill-annimali. Fuq kollox jitgħallmu jaqsmu l-affarijiet ma' sħabhom, jaċċettaw lil tfal oħra, jiġu minn fejn jiġu u hi x'inhi l-kundizzjoni tagħhom, jieħdu sehem f'attivitajiet sportivi li jżommuhom b'saħħithom u anke jieħdu sehem f'ħarġiet kulturali fejn jitgħallmu dwar l-istorja, il-kultura u l-ambjent ta' pajjiżna.

Dan kollu hu possibbli bil-ħidma u d-dedikazzjoni ta' ħafna nies u ta' sponsors li nixtieq nirringrazzjahom talli jagħmlu possibbli din l-esperjenza pożittiva.

Dolores Cristina
Ministru tal-Edukazzjoni,
Zgħazagħ, Kultura u Sport

Ghall-attenzjoni tieghek

Jiġu aċċettati tfal skont il-postijiet fl-iskejjel/ċentri fuq bazi ta' min japplika l-ewwel. L-applikazzjonijiet jibqgħu jintlaqgħu sa nħar il-Erbgħa, 3 ta' Ġunju, 2009.

Skolasajf 2009 se tibda nhar it-Tlieta, 14 ta' Lulju u tibqa' sejra sa nhar
il-Ġimgħa 4 ta' Settembru - kuljum bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m.

Isir ħlas ta' €11.50 għal kull tifel/tifla mar-Reġistrazzjoni. Spejjez konnessi ma' ħruġ mhumiex inkluzi.

Għal aktar informazzjoni ċempel jew mur fl-iskola tal-Belt jew raħal tieghek.

Skolasajf Application Forms

Skolasajf 2009 - Leaflet including Application Form
   
Skolasajf 2009 – Call for Applications for Project Coordinators, Centre
Coordinators and Language Awareness Coordinators
   

Skolasajf 2009 - Call for Applications for National Coordinators

   

SKOLASAJF 2009
(PRIMARY SCHOOLS)
Administrative Regulations and Procedures governing the operation of Skolasajf 2009

   

SKOLASAJF 2009 - CALL FOR APPLICATIONS FOR:
a. L.S.As, K.G.As (SPECIAL NEEDS)
b. SUPPLY K.G.As (SPECIAL NEEDS)
c. Supply Learning Support Assistants

   

SKOLASAJF 2009 (SPECIAL SCHOOLS)
Administrative Regulations and
Procedures governing the operation of Skolasajf

   
SKOLASAJF 2009 - CALL FOR APPLICATIONS FOR:
a. SCHOOL COORDINATORS
b. TEACHERS/L.S.As/ K.G.As wishing to take part
c. STUDENTS wishing to take part
   
Recruitment of University Students for Skolasajf 2009
   
Klabbsajf - A project for Pupils receiving Complementary Education

 

Contact Information

Saviour Saliba
Skolasajf Organiser
E-Mail:- saviour.saliba@gov.mt

Winnie Vella
Skolasajf Contact Person
Tel: 2598 2370
Fax: 2598 2122
E-Mail:- winnie.vella@gov.mt

 


Previous Page Print this Page*Page Top*