|
|
School Councils Association
|
 |
|

Assocjazzjoni
Kunsilli ta' l-Iskejjel
School
Councils Association
Il-Kunsill ta' l-Iskola għandu
jkun strument importanti fil-mixja lejn parteċipazzjoni
vera fil-qasam edukattiv f' pajjiżna. Ħafna
jgħodd fuq kemm ikun hemm rieda tajba mill-iskola
u ħidma sfiqa mid-dar. Il-Kunsill ta' l-Iskola
għandu:
-
Jamministra l-fondi u
l-assi ta' l-iskola għall-aktar ġid
tat-tfal;
-
Ikabbar
il-parteċipazzjoni u l-kontribuzzjoni
tal-ġenituri fl-għalqa edukattiva;
-
Jorganizza
laqgħat edukattivi u soċjali bis-sehem
sħiħ tal-ġenituri;
-
Jattwa
metodi kif il-ġenituri jgħinu b'mod
konkret lill-iskola u jinformahom regolarment
b'ħidmietu;
-
Iżomm
relazzjoni tajba mal-Kunsill Lokali u l-għaqdiet
tal-post;
-
Itejjeb
ir-relazzjoni bejn l-għalliema u l-ġenituri;
-
Iġedded
l-ambjent ta' l-iskola u ta' madwar l-iskola
biex uliedna jikbru f'ambjent sabiħ,
nadif u arjuż.
Il-ħidma li trid titwettaq
hi kbira. Iżda daqshekk ieħor hu kbir
il-ġid li jista' jsir lil uliedna. Kull qatra
tgħodd.
|
|
|
|
    |
|
|