Stqarrijiet Bazici

     
 
 
Strategija ghal-Lingwa Nazzjonali
Strategija Ghal-Lingwa Nazzjonali
  Strategija ghal-Lingwa Nazzjonali pdf

 

Get Acrobat Reader

Il-Gvern ghadu kif ippubblika r-rapport STRATEGIJA GHAL-LINGWA NAZZJONALI li hejjielu l-Bord ghall-Ilsien Malti. Dan id-dokument gie adottat bhala White Paper li sservi ta' bazi ghal diskussjoni pubblika. Il-hsieb tal-Gvern huwa li sa tmiem Settembru jkunu waslulu r-reazzjonijiet u s-suggerimenti ta' kull min hu interessat, biex imbaghad jghaddi bla telf ta' zmien ghat-tfassil ta' ligi fuq l-ilsien nazzjonali. Jekk ghandek xi kummenti jew suggerimenti fuq dan ir-rapport, tista' tibghathom bil-posta elettronika tal-Ministeru u tindirizzaha lil:

Dr. Paul Mifsud

Il-qofol tar-rapport jikkonsisti f'zewg partijiet:

(1) ghadd ta' stqarrijiet bazici dwar l-ilsien Malti u l-funzjoni li ghandu jkollu bhala lsien nazzjonali fl-oqsma kollha tal-hajja, dejjem fid-dawl tas-sitwazzjoni bilingwi ta' Malta;

(2) il-proposta ddettaljata tat-twaqqif ta' Kunsill Nazzjonali tal-Lingwa bhala organu permanenti ta' l-istat b'sahha legali, li jkun jiehu hsieb: 

  • jizviluppa u jmexxi politika lingwistika nazzjonali, 

  • jikkoordina l-hafna xoghol li digà qed isir minn ghaqdiet u individwi, u 

  • jippromwovi u jgib 'il quddiem l-ilsien nazzjonali fl-oqsma kollha tal-hajja.

Ir-rapport jishaq hafna fuq is-serjetà akkademika ta' min jiehu d-decizjonijiet ufficjali dwar l-uzu tal-lingwa, il-partecipazzjoni shiha ta' kull min juza l-ilsien Malti fl-oqsma kollha tal-hajja, u fuq is-sens ta' ghajnuna u servizz li ghandu jiehu post l-attitudni dejqa ta' censura u kritika negattiva.

Dan ir-rapport huwa l-frott mhux biss ta' hafna xoghol tal-membri tal-Bord, imma wkoll tal-konsultazzjoni wiesgha ma' bosta nies interessati f'dan il-qasam. Issa r-rapport ghandu l-kunsens shih ta' l-ghaqdiet kollha tal-Malti, fosthom ta' l-Akkademja, kif ukoll tad-Dipartiment tal-Malti u ta' l-Istitut tal-Lingwistika fl-Università.

L-istqarrijiet bazici dwar l-ilsien Malti

1. Il-Malti hu l-ilsien ta' Malta u element ewlieni ta' l-identità nazzjonali tal-Maltin.

2. Huwa lsien li jispikka bil-kwalitajiet unici u kuntrastanti tieghu. Huwa r-rizultat ta' l-istorja socjali, kulturali u politika mqallbatal-poplu Malti. Huwa lsien imhallat, ghax zviluppa minn djalett Gharbi bil-kontributta' l-ilsna Ewropej, ewlenin fosthom l-Isqalli, it-Taljan u l-Ingliz, li ntisgu mieghu. Maqtugh ghalih mid-dinja Gharbija u misilma, dan l-ilsien ta' nisel Gharbi matul is-sekli thaddem biex jinterpreta kultura Ewropea u nisranija, u nkiteb b'ittri latini. Huwa l-uniku lsien Semitiku fl-Ewropa u l-uniku djalett storiku ta' l-Gharbi li kiseb il-gieh ta' lsien nazzjonali b'letteratura tieghu.

3. Ghalhekk l-ilsien Malti huwa wirt storiku u kulturali
tan-nazzjon, imma wirt haj u dinamiku li jiggedded ta' kuljum fuq fomm il-Maltin.

4. Huwa lsien zghir bhall-poplu li jitkellmu, imma mhux minoritarju ghax huwa lsien it-twelid u l-mezz ewlieni ta' l-espressjoni u l-komunikazzjoni tal-maggoranza l-kbira tal-Maltin, li jinqdew bih fil-bicca l-kbira ta' l-oqsma ewlenin tal-hajja - informali, formali u ufficjali - bhalma huma t-tahdit ta'kuljum, l-istampa u x-xandir, il-laqghat pubblici, il-hajja politika, ir-religjon u l-ligijiet.

5. Billi matul l-istorja l-Malti wahdu qatt ma kien assocjat mal-hakkiem barrani jew ma' xi klassi pprivileggjata, imma ntrefa' minn
pozizzjoni socjali baxxa ghal-livell ta' lsien nazzjonali, huwa l-uniku
lsien f'Malta li ghandu appell tassew demokratiku u jirrapprezenta l-mixja
tal-poplu Malti lejn it-twettiq tieghu nnifsu.

6. Ghal dawn ir-ragunijiet l-ilsien Malti ghandu jkun imhares, imhaddem u promoss qabelxejn mill-Istat.

7. Kull Malti ghandu d-dritt ikun jista' jitghallem u juza l-ilsien Malti sa minn ckunitu. Dan jorbot qabelxejn lill-genituri, imma wkoll lill-awtoritajiet edukattivi u lill-Istat li ghandhom jipprovdu l-mezzi u l-opportunitajiet mehtiega ghal dan il-ghan.

8. L-ilsien Malti ghandu jkun l-ewwel ilsien li jintuza mill-Istat meta jindirizza lic-cittadini tieghu.

9. Mit-tigrib ta' hakma twila, l-ilsien Malti hareg nieqes mill-prestigju ta' lsien nazzjonali u baqa' mhux mahdum f'hafna oqsma importanti. L-Istat ghandu jkun minn ta' quddiem biex, waqt li minn naha johloq l-opportunitajiet ghall-izvilupp ta' l-ilsien nazzjonali fl-oqsma tal-prestigju, min-naha l-ohra bil-piz ufficjali u bi mgiba inekwivokabbli favur il-Malti, f'Malta u barra, jghin biex jixxejjen kull sens ta' inferjorità li jista' jkun ghadu marbut ma' l-ilsien nazzjonali. Dan ghandu jsir permezz ta' politika lingwistika cara u effettiva.

10. Matul is-sekli, il-Malti dejjem kellu jaqsam il-medda ta' l-uzu ma'
ilsna ohra, li fl-istess hin ghenuh jizviluppa u jaggorna ruhu ghall-htigijiet tal-poplu f'ambjent plurilingwi. Illum din il-medda qed jaqsamha ma'
l-ilsien Ingliz li bhall-Malti huwa ufficjali f'Malta, u huwa ta' htiega kbira
ghall-komunikazzjoni dinjija.

11. Kif tistqarr il-Kostituzzjoni ta' Malta, il-hajja tal-Maltin tfisser ruhha b'mod shih bl-uzu ta' zewg ilsna, il-Malti u l-Ingliz. Ghalhekk, biex tkun realistika kull politika lingwistika ghandha titfassal fil-kuntest ta' din is-sitwazzjoni bilingwi.

12. Il-bilingwizmu huwa gid kbir li wiret il-poplu Malti, u jehtieglu jaghraf jghozzu billi jitghallem u jhaddem iz-zewg ilsna separatament u bl-ahjar mod skond is-sehem ta' kull wiehed fil-hajja tal-pajjiz. Ghal dan il-ghan, ghandhom jigu definiti car ir-rwoli taz-zewg ilsna ufficjali fi hdan is-socjetà Maltija, biex ma jigrix li z-zewg ilsna jigu f'konfront bla bzonn.

13. Il-process ta' globalizzazzjoni minn qaddisu jiffavorixxi l-lingwi dinjin u jista' jaghtihom vantagg esagerat fuq il-lingwi l-ohra. Din it-theddida, li qieghda tinhass imqar mil-lingwi l-kbar li mhumiex dinjin, tolqot wisq aktar lil-lingwi z-zghar bhall-Malti. Filwaqt li l-ambjent plurilingwistiku ghandu jkun salvagwardjat, il-Malti, bhala l-ilsien nazzjonali u lsien zghir, ghandu jkun protett mill-kompetizzjoni ingusta billi tinghatalu l-ghajnuna u l-promozzjoni mehtiega.

14. Bhall-ilsna l-ohra, il-Malti fih ukoll ghadd ta' djaletti geografici u socjali li jhawru u jaghnu s-sitwazzjoni lingwistika lokali. Dawn id-djaletti jisthoqqilhom ir-rispett u t-tharis fl-uzu taghhom fil-qasam fejn huma mitkellma, ghax ghandhom sehem importanti fil-komunikazzjoni bejn ghadd kbir ta' kelliema Maltin. L-awtoritajiet kompetenti ghandhom jaghmlu hilithom kollha biex irawmu attitudni pozittiva lejn il-kelliema tad-djaletti.

15. L-attitudni qadima ta' censura u kundanna lejn kull min jizbalja  metajuza l-Malti sa issa halliet bosta effetti hziena. Fl-isforz biex il-livell
tal-lingwa jkun gholi kemm jista' jkun, ghandu jitrawwem spirtu gdid ta' konvinzjoni, servizz u ghajnuna, tant mehtiega minn min juza l-Malti.


Previous Page Print this Page*Page Top*