|
|
| FAQ's
- For all Children to Succeed - Biex Uliedna Jirnexxu
Lkoll |
 |
|

KULLEGGI
GODDA - BIEX ULIEDNA JIRNEXXU LKOLL
Ghaliex il-Kulleggi se Jkunu ta' Gid
Ghal Uliedna?
Bis-Sahha tal-Kulleggi:
-
It-Tfal taghna jkunu jestghu jghaddu mil-livell
primarju ghal dak sekondarju bl-inqas skossi
possibli.
-
L-Iskejjel ta' uliedna joffru servizzi edukattivi
aktar skond il-bzonijiet ta' l-istudent. Uliedna
jinghataw taghlim aktar personalizzat.
-
Ir-rizorsi ezistenti fl-iskejjel jigu uzati
ahjar biex jitgawdew minn aktar studenti.
-
L-Ghalliema jinghataw aktar appogg biex it-taghlim
ikun aktar effettiv b'metodi moderni li jhajru
aktar lit-tfal lejn l-iskola.
-
Il-bibien ta' l-iskejjel taghna jkunu niftuhin
ghal kulhadd. Anke inti tgawdi bis-Sistema
ta' Kulleggi. Dawn se joffru programmi edukattivi,
korsijiet u attivitajiet ghall-kummunita'
kollha.
-
Il-Kapijiet ta' l-Iskejjel jinghataw appogg
fl-aspett amministrattiv u dak ta' manutenzjoni
fl-iskola biex ikunu jistghu joffokaw aktar
fuq x'qed jigri fil-klassi u x'appogg jehtiegu
l-ghalliema fix-xoghol taghhom ma' uliedna.
-
Il-Genituri jkunu rapprezentati fil-Bord
tal-Kullegg, b'hekk int ikollok aktar involviment
fl-esperjenza edukattiva ta' uliedek.
-
Il-Kurrikulu ikun zviluppat skond il-bzonnijiet,
il-hiliet u l-potenzjal ta' uliedna.
-
Isir pjan ta' zvilupp ghall-bini, modernizzar
u manutenzjoni ta' l-iskejjel biex uliedna
jkollhom ambjent modern u adattat ghat-taghlim
taghhom.
-
L-iskejjel fil-Kullegg jibdew jidentifikaw
id-diffikultajiet li hemm u johorgu b'ideat
kif kollha flimkien se jahdmu biex jeghlbuhom.
Meta nahdmu flimkien hemm cans akbar li niksbu
success.
-
Issir evalwazzjoni interna u esterna li tassigura
l-istandards ghall-edukazzjoni ta' kwalita'.
-
Ikun hemm Principal li, flimkien mal-kapijiet
jikkoordina l-esperjenza edukattiva ta' uliedna
mill-kindergarten sa l-ahhar sena obbligatorja.
-
Ikun hemm shubija ma' skejjel tal-knisja
u dawk privati halli jkun hemm qsim ta' ideat
u metodi tajbin u effettivi. B'dan il-mod
uliedna jgawdu mill-ahjar metodi ta' taghlim.
-
Irridu li l-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja
u dawk Privati ikunu ta' l-istess livell edukattiv.
B'hekk, tkun l-iskola fejn int taghzel li
tibghat lit-tfal tieghek, ikollok mohhok mistrieh
li hi skola tajba.
|
|
|
|
    |
|
|