|

Vizjoni
It-Taqsima Zghazagh fi hdan is-Segretarjat Parlamentari
ghaz-Zghazagh u Sport tgharaf u tifhem l-aspirazzjonijiet
u l-aspettattivi li ghandhom iz-zghazagh u tghinhom
biex jilhquhom. It-Taqsima Zghazagh tgharaf li z-zghazagh
huma l-katalisti biex joholqu sistemi kif ilahhqu
mal-isfidi tal-hajja ta’ llum. Iz-Zghazagh
huwa mportanti li jkunu nvoluti fit-tehid tad-decizjonijiet
u f’suggetti li jolqtuhom u jinteressawhom
direttament fosthom l-izvilupp ekonomiku, socjali
u kulturali, l-access ghall-informazzjoni, tahrig
vokazzjonali, xoghol, akkomodazzjoni, sahha u divertiment.
It-Taqsima Zghazagh tghin lill-organizzazzjonijiet
mhux governattivi u agenziji li jahdmu maz-zghazagh.
It-Taqsima Zghazagh tinkoraggixxi ukoll is-servizz
volontarju li jaghtu z-zghazagh. It-Taqsima tippromwovi
d-demokrazija, ic-cittadinanza, u l-partecipazzjoni
attiva filwaqt li taghraf li l-informazzjoni hija
bzonn fundamentali biex iz-zghazagh jippartecipaw
aktar fis-socjeta. It-Taqsima Zghazagh tizviluppa
opportunitajiet fejn iz-zghazagh jistghu jizviluppaw
b’mod holistiku permezz tal-partecipazzjoni
taghhom fl-attivitajiet, programmi u inizjattivi
organizzati fuq livell regjonali u Nazzjonali.
Youth Support Programme:
Il-Programm hekk maghruf ‘Youth
Support Programme’ jipprovdi
assistenza finanzjarja, li taghti l-fakulta lill
organizzazzjonijiet taz-zghazagh biex jghamlu progetti,
li minnhom tibbenefika l-komunita’ u li jindirizzaw
oqsma hekk kif imfassla fid-dokument dwar il-Politika
Nazzjonali taz-Zghazagh. (2004)
Youth Specialisation Studies Scheme:
Din l-iskema
hija inizjattiva bejn it-Taqsima Zghazagh fi
hdan is-Segretarjat Parlamentari ghaz-Zghazagh
u Sport u l-APS Bank Ltd u hija mmirata biex
tghin liz-zghazagh li jixtiequ jkomplu jispecjalizzaw
fl-istudji taghhom, barra minn Malta, fl-livell
ta’ ‘post
graduate’ u ‘distance learning’.
Jum Nazzjonali Zghazagh:
Din il-Gimgha hija wahda
li tesponi t-talenti varji taz-zghazagh u ticcelebra
dawn it-talenti b’mod
haj. Hija gimgha li l-organizzazzjonijiet kollha
taz-Zghazagh huma nvoluti f’celebrazzjonijiet
li turi l-kapacitajiet varji taz-zghazagh f’oqsma
differenti.
Youth Empowerment Centres:
8 Centri taz-zghazagh
fil-lokalitajiet ta’ Birkirkara,
Fgura, Mosta, Qormi, Tarxien, Zejtun, Zurrieq u Victoria
Ghawdex jaghtu servizz ghaz-zghazagh. Dawn ic-Centri
jipprovdu liz-zghazagh b’informazzjoni li jixtiequ
kemm fuq xoghol, tahrig akkademiku u vokazzjonali,
u attivitajiet organizzati b’mod specifiku
ghaz-zghazagh filwaqt li jfasslu programm ta’ hidma
maz-zghazagh u jwettquh fil-lokalita’ rispettiva.
Politika Nazzjonali taz-Zghazagh
Din is-sena tniedha
l-process konsultattiv biex ikun hemm aggornament
tal-politika Nazzjonali taz-Zghazagh.
Dan huwa dokument ta’ principji li jgharaf
l-irwol taz-zghazagh, jippromwovi l-valuri fl-oqsma
varji tas-socjeta fosthom il-partecipazzjoni attiva,
l-accessibilita, l-volontarjat, u d-diversita fost
l-ohrajn.
|